Thursday, April 9, 2026

Jesprimi tħassib dwar l-eskalazzjoni fil-Libanu

… Malta ssejjaħ għal waqfien mill-ġlied b’mod immedjat

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali esprima t-tħassib tiegħu dwar dak li qiegħed iseħħ fil-Libanu. Dan wara li Iżrael fl-aħħar sigħat kompla bl-attakki tiegħu fuq il-Libanu bil-konsegwenza li nqatlu mijiet ta’ persuni.

Id-Deputat Prim Ministru qal li din l-eskalazzjoni fil-Lvant Nofsani hija waħda partikolarment inkwetanti minħabba l-effetti serji tagħha fuq in-nies, speċjalment f’mument sensittiv fejn kienu qed isiru sforzi biex titnaqqas it-tensjoni fil-Lvant Nofsani u l-Golf Għarbi.

Dr Borg appella f’isem il-Gvern Malti li jkun hemm waqfien mill-ġlied b’mod immedjat u anke jkun hemm sforzi diplomatiċi. Fl-istess waqt wera s-solidarjetà tal-Gvern Malti ma’ dak tal-Libanu.

Hu esprima l-appoġġ sħiħ ta’ Malta għall-isforzi li qed isiru biex tiġi mħarsa s-sovranità tal-pajjiż, fosthom li l-grupp Hezbollah iċedu l-armamenti kollha.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport