L-eks plejer ta’ Manchester United Jesse Lingard qed jikkunsidra l-futur tiegħu f’FC Seoul hekk kif il-kuntratt tiegħu jispiċċa ftit iktar ‘il quddiem din is-sena.
Lingard kien qed jitkellem ma’ stazzjon tat-televiżjoni Ingliż u qal li qed jaħseb ħafna dwar il-futur tiegħu, imma issa ried jiffoka biss fuq il-futbol. Hu ammetta li hemm possibilitajiet oħra u se jara x’se jiġri meta jiftaħ is-suq tat-trasferimenti.
Lingard għandu 32 sena u fil-passat lagħab ma’ Leicester City, Brighton, Derby County, West Ham u Nottingham Forest.
x