L-attakkant internazzjonali Ingliż Jesse Lingard hu ferm viċin li jingħaqad ma’ Al Ettifaq fl-Arabja Sawdija. Dan l-eks plejer ta’ Manchester United jinsab bħala aġent ħieles u għalhekk jista’ jingħaqad ma’ min irid.
Lingard kien qed jilgħab ma’ Nottingham Forest ftit tax-xhur ilu iżda l-kuntratt li kellu ma ġiex imġedded.
Al Ettifaq huma mmexxija mill-kowċ Steven Gerrard u rapporti mill-Arabja Sawdija qed jgħidu li hu jinsab jitħarreġ magħhom iżda għadu ma ffirma l-ebda kuntratt.