Għadd ta’ clubs barranin identifikaw lill-midfielder ta’ Manchester United Jesse Lingard bħala mira potenzjali ta’ trasferiment qabel is-sajf.
Fil-jum tal-iskadenza, United irrifjutaw l-interess minn Newcastle United u West Ham United, minkejja li l-player ta’ 29 sena fadallu biss ħames xhur kuntratt.
Aktar tard fil-ġimgħa, il-manager temporanju Ralf Rangnick issuġġerixxa li Lingard jingħata ftit ħin liberu biex jegħleb il-frustrazzjoni li tilef sfida ġdida, biss dik it-talba ġiet miċħuda mill-internazzjonali Ingliż.
Lingard huwa dejjem aktar probabbli li jħalli Old Trafford fi tmiem il-kuntratt tiegħu, u l-player mhux nieqes minn ammiraturi barra mill-Ingilterra.
Juventus, Barcelona u Valencia lesti jingħaqdu ma’ Newcastle u West Ham biex jippruvaw jakkwistaw lil Lingard bi free transfer.
Lingard, li lagħab biss 88 minuta fil-Premier League, aktarx li jieħu l-ħin tiegħu biex jevalwa l-għażliet tiegħu qabel ma jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu.