Tliet klabbs qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-plejer Ingliż Jesse Lingard. Fil-fatt Galatasaray, Fenerbache mit-Turkija u West Ham United mill-Ingilterra qed jaraw kif jagħmlu sabiex jaċċertaw ruħhom li jiffirmaw lil dan il-plejer li hu aġent ħieles u għalhekk jista’ jingħaqad ma’ min irid anke jekk spiċċa s-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Sas-sena l-oħra, Lingard kien ma’ Nottingham Forest fejn lagħab 17-il darba iżda naqas li jsib ix-xibka. Hu temm il-kuntratt tiegħu magħhom u naqas milli jġeddu.