Jesse Marsch jinsab viċin li jinħatar il-manager il-ġdid ta’ Southampton ġimgħa biss wara li tkeċċa minn Leeds United.
Inċidentalment Leeds jinsabu post fuq iż-żona tar-relegazzjoni bid-differenza ta’ goals fil-konfront ta’ Southampton li jinsabu mal-aħħar tlieta fil-klassifika tal-Premier League Ingliż.
Marsch jinsab ħerqan li jerġa’ lura fit-tmexxija ta’ team u jinsab eċċitati bil-proġett ta’ Southampton, minkejja li l-club jinsab fil-qiegħ tal-klassifika, erba’ punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni.
Sadanittant, Marsch qed jiġi segwit ukoll mill-FA tal-Istati United biex isir il-coach il-ġdid tat-team nazzjonali.