Wednesday, June 25, 2025

Jessica Calleja tipparteċipa fir-ROK CUP 5 ‘Notturna’ fl-Italja

Aqra wkoll

Is-sewwieqa tal-karting Jessica Calleja kienet fis-South Garda Karting Track fl-Italja nhar is-Sibt, il-21 ta’ Ġunju, biex tipparteċipa fir-ROK CUP 5 ‘Notturna’. Dan l-avveniment, tellieqa kontinwa ta’ 12-il siegħa li testendi sal-lejl, hija sfida sinifikanti għal kwalunkwe sewwieq, li tittestja r-reżistenza u l-ħila tagħhom. Ma kinitx biss dwar it-tlielaq iżda dwar id-determinazzjoni li jibqaw addejin fl-aktar mumenti diffiċli.

Din it-tellieqa kienet differenti għal Calleja, peressli tinfirex fuq ġurnata u lejl; għalhekk, billi tkun għaddejja għal 12-il siegħa, wieħed jista’ jgħid li hemm element divertenti bit-tlielaq bil-lejl taħt id-dwal. Calleja żammet pass tajjeb; għalkemm ma kisbitx ir-riżultati mixtieqa, hija kisbet il-25 pożizzjoni.

Minkejja ħabta fl-ewwel Heat, ir-reżiljenza ta’ Jessica Calleja spikkat. Hija tilfet pożizzjoni u sofriet xi ħsara fil-kart; madankollu, ma ħallietx dan iwaqqafha. Hija baqgħet determinata li tilħaq il-grupp ta’ quddiem, terġa’ tikseb il-pozizzjoni mitlufa, u spiċċat fit-22 pożizzjoni, pożizzjoni li żammet ukoll matul it-tieni Heat.

It-tieni kantuniera tal-Heat 3 kienet iddominata minn ħabta, li rriżultat fil-bandiera safra li ntweriet għal ftit dawriet. Imbagħad, bandiera ħadra li ġiet segwita minn xita qalila, bit-tlielaq ikompli fuq tajers slick. L-imprevedibbiltà tat-tellieqa għamlitha diffiċli biex tibqa’ jew tavvanza pozizjonijiet. Sfortunatament, tliet dawriet qabel it-tmiem, Jessica momentarjament tilfet il-kontrol u spiċċat fit-22 post.

Wara t-tellieqa, Jessica Calleja ħadet mument biex tesprimi l-gratitudni tagħha. Hija rringrazzjat lil Di Pietro Racing, GP Racing Karts, il-mekkanik tagħha, Gennaro Coone, u l-kowċ tagħha, Alberto Bernardi, għall-gwida u l-appoġġ sod tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport