Friday, December 13, 2024

Jet Franċiż b’inżul t’emerġenza f’Malta

Aqra wkoll

Ajruplan militari Franċiż ilbieraħ filgħaxija għamel inżul t’emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dan ġara wara li żviluppatlu ħsara fil-mekkaniżmu li minnu jkun jista’ jirċievi l-fuel waqt it-titjira.

Fuq il-paġna ‘Horizon’ ittellgħu żewġ ritratti u ġie spjegat li aktar tard matul il-lejl wasal tim tekniku permezz ta’ ħelikopter biex isewwu l-ħsara li żviluppat u b’hekk ikun jista’ jkompli bit-titjira tiegħu u jasal lejn id-destinazzjoni prevista tiegħu.

Ġie spjegat ukoll li ftit wara nofs il-lejl, kemm il-jet kif ukoll il-ħelikopter, ħallew pajjiżna u marru lejn il-Lvant tal-Mediterrran fejn jinsab l-aircraft carrier.

Ekonomija

Sport