Sunday, December 22, 2024

Jgħid li ħadem fuq pjan ta’ kontinġenza meta kien qed jingħata litri ta’ ossiġnu biex jinżamm ħaj

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnsin żvela li ħadem fuq pjan ta’ kontinġenża għall-pajjiż waqt li kien qiegħed rikoverat fi sptar minħabba problemi ta’ saħħa serji kawża tal-Coronavirus. 

F’intervista ma’ Sun on Sunday, Johnson stqarr li ngħata litri fuq litri ta’ ossiġnu biex jinżamm ħaj. Qal kif il-ġimgħa li qatta’ fl-isptar, hu tħalla b’motivazzjoni liema bħalha biex ma jħallix lil ħaddieħor isofri u biex jgħin lir-Renju Unit jerġa’ jqum fuq saqajh.

Aktar kmieni s-sieħba tiegħu Carrie Symonds żvelat li huma kienu semmew lil binhom Wilfred Lawrie Nicholas Johnson. L-ismijiet huma forma ta’ rikonoxximent għan-nanniet tagħhom u żewġ tobba li ħadu ħsieb lill-Boris Johnson waqt li kien rikoverat fl-isptar.

Ekonomija

Sport