Sunday, November 24, 2024

Jgħid li hu xxurtjat li għadu ħaj wara li tilef nofs riġel u sieq fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-ġurnalist Ingliż li tilef nofs riġel u sieq qal li hu xxurtjat li għadu ħaj. Il-korrispondent tal-gwerra Benjamin Hall tilef nofs rieġel u sieq, filwaqt li tilef il-viżta minn għajnejn minnhom wara li rnexxielu jsalva minn attakk mill-forzi Russi.

Ir-raġel ta’ 39 sena ta ġieħ u sellem il-memorja tal-kollegi tiegħu li mietu waqt li kienu qed jirrappurtaw dwar l-invażjoni.

Hall u t-tim tiegħu kienu qed jirrappurtaw għall-Fox News f’Horenka, fil-periferija ta’ Kyiv, meta l-vettura tiegħu ntlaqtet minn bumbardament Russu fl-14 ta’ Marzu.

Il-produttur tiegħu Oleksandra Kuvshynova, ta’ 24 sena, u l-cameraman Irlandiż Pierre Zakrzewski, ta’ 55, sfortunatament t-tnejn li huma nqatlu f’dan l-inċident.

F’post fuq Twitter, huwa qal: “Għaddew aktar minn tliet ġimgħat mill-attakk fl-Ukrajna u ridt naqsam dak li għaddejt minnu.”

Waqt li ppubblika ritratt tiegħu liebes garża fl-għajnejh żied jgħid li minkejja dak kolllu li għadda minnu, iħossu pjuttost ixxurtjat li għadu ħaj.

Sport