Saturday, December 21, 2024

Jgħid li jixtieq iwaqqaf kawża sabiex jgħix ħajtu fil-kwiet

Aqra wkoll

Il-preżentatur televiżiv Karl Stagno Navarra informa lill-Qorti li x-xewqa tiegħu hi li jwaqqaf kawża li fiha raġel jinsab mixli li ħebb għalih b’rabta ma’ xiri ta’ karozza. Fil-Qorti, Jean-Paul Schembri, ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, jinsab mixli li hedded lil Navarra u li ħebb għalih.

L-Avukat Franco Debono, li qed jidher għal Stagno Navarra, informa lill-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil li kienet qed tippresedi l-każ, li Navarra jixtieq li jwaqqaf il-kawża, bir-raġuni li jixtieq jgħix ħajtu fil-kwiet u ma jerġax jigi aggredit.

Min-naħa tiegħu, l-Avukat Lennox Vella qed jidher għal Schembri, informa lill-Maġistrat li minn meta beda jinstema l-każ fil-Qorti, Schembri nnifsu kien spiċċa sospiż mix-xogħol.

Il-Maġistrat Camilleri Busuttil osservat li wħud mill-akkużi ma jistgħux jitwaqqgħu imma oħrajn jistgħu jiġu rtirati. L-avukat Debono u l-avukat Vella ftehmu bejniethom li sakemm issir is-seduta li jmiss f’Ottubru li ġej, dawn ser jiltaqgħu biex jippruvaw isibu soluzzjoni.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Doriette Cushieri.

Ekonomija

Sport