“Jien m’jien xejn però mhux se nħallihom jaħbuha”. Iddikjara dan Donald Cassar waqt li tkellem dwar esperjenza li kellu f’dawn l-aħħar jiem.
Cassar tkellem dwar l-imħabba tiegħu lejn il-Madonna u li fil-ħajja ta’ kuljum iħobb imur jixgħel diversi xemgħat anke bħala ringrazzjament tal-bidla li kellu f’ħajtu fl-aħħar snin.
Intant huwa qiegħed jgħid li fl-aħħar jiem statwa tal-Madonna li qiegħda fil-biċċerija fil-Marsa dehret bid-dmugħ f’għajnejha.
Cassar saħansitra allega li meta tkellem dwar dan l-episodju li hemm CCTVs li jistgħu jikkonfermawh, id-Direttur tal-biċċerija waqqfu milli jibqa’ jara din l-istatwa.
F’kummenti lil dan is-sit huwa qal li għalkemm hemm min diġà beda jiddiħak bih determinat li jxandar il-kelma dwar dan l-episodju u l-bżonn li jsib l-għajnuna li hemm bżonn biex il-komunità jaslilha l-messaġġ.