Monday, August 25, 2025

Jgħidu li tal-Mellieħa fake news iżda dokumenti uffiċċjali jgiddbuhom

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jattakka lill-gazzetta IT-TORCA għax qal li dak li ppubblikajna lbieraħ fejn żvelajna kif id-Deputat Nazzjona­lista Rebekah Borg ivvotat favur il-ħruġ ta’ sejħa għal bejgħ ta’ art pubblika fil-Mellieħa.

Dawn il-fatti joħorġu minn rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika datat 14 ta’ Awwissu 2025 u li fih il-Ministru Silvio Schembri, li kien responsabbli mill-artijiet, innota kif Rebekah Borg, li tpoġġi bħala rappreżentanta tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet, ivvotat f’żewġ okkażjonijiet favur li l-art fil-Mellieħa tmur għall-bejgħ skont il-valutazzjoni u l-kundizzjonijiet.

B’reazzjoni għall-fatt li l-Partit Nazzjonalista anke ħareġ jattakka lil Ministru Silvio Schembri, il-Partit Laburista nnota b’dispjaċir li minkejja li hemm dokumenti uffiċjali ċari, id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg ħarġet bi stqarrija dwar l-art fil-Mellieħa fejn ipprovat tqarraq u tgħid li qatt ma vvutat favur l-iżvilupp f’Mellieħa Heights.

Ġie rimarkat li l-minuti uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet ippubblikati fir-rapport tal-14 t’Awwissu tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (paġni 55 u 59 ) juru b’mod ċar li Rebekah Borg kienet preżenti u vvutat favur il-proposta in kwistjoni.

“Inutli tipprova taħbi x’għamlet bl-istqarrija li ħarġet għax id-dokumenti jikkonfermaw iswed fuq l-abjad li kienet preżenti u vvutat fiż-żewġ okkażjonijiet meta saru l-laqgħat tal-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet biex iddiskutew u eventwalment approvaw l-valutazzjoni ta’ din l-art bil-għan li tkun tista’ toħroġ sejħa biex tiġi żviluppata,” qal il-Partit Laburista.

Żied jgħid li dan hu tentattiv ieħor ta’ tgħawwiġ tal-fatti biex tingħata impressjoni żbaljata lill-pubbliku. “Huwa tassew inkredibbli kif quddiem fatti ċari u dokumenti uffiċjali, il-Partit Nazzjonalista jasal biex joħroġ bi stqarrija giddieba, meta jaf se jinqabad. 

Huwa l-Partit Nazzjonalista li qed ikun fake u qed ixerred informazzjoni skorretta b’rabta ma’ dan il-każ, li pprova jitfa’ fuq ħaddieħor,” qal il-Partit Laburista.“Mhux ta’ b’xejn in-nies ma jafdawx lill-PN: jgħid ħaġa matul il-ġurnata u jagħmel oħra bil-lejl,”temm jgħid il-Partit Laburista. 

Mhu minnu xejn li l-PN ivvota favur l-għoti ta’ art tal-Gvern lill-privat fil-Mellieħa

Fi stqarrija l-PN jikkundanna l-ispin ta’ Silvio Schembri li qed jipprova jagħ­ti tiegħu lil ħaddieħor f’dan il-każ: huma l-Ministru stess u l-Gvern Laburista li għandhom kontroll assolut fuq l-Awtorità tal-Artijiet.

B’reazzjoni għall-informazz­joni qarrieqa li l-Ministru Silvio Schembri ta lill-Kum­ missarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika f’rap­port dwar kunflitt ta’ interess serju fil-konfront tiegħu, il-Partit Nazzjonalista jik­kundanna l-mod kif il-Ministru qed jipprova jitfa’ l-ħti­ja fuq l-Oppożizzjoni biex isalva lilu nnifsu.

Kuntrarju għall-FAKE NEWS li ppubblikat il-gazzet­ta IT-TORĊA fil-ħarġa tal-bie­raħ, id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg – li dak iż-żmien kienet il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Artijiet – lanqas biss kienet preżenti għal-laqgħa li fiha l-Awtorità approvat l-għoti ta’ art tal-Gvern fil-Mellieħa lil kum­panija privata, kif jixhdu l-minuti uffiċjali, aħseb ara kemm qatt setgħet tivvota favur.

Huwa inutli li l-Ministru Schembri jipprova jagħti tiegħu lil ħaddieħor f’dan il- każ billi jipprova jinħeba wara l-istess Awtorità tal-Arti­jiet meta l-Gvern u hu stess bħala Ministru għandhom kontroll assolut fuqha. Fil-fatt, minn għaxar membri tal- Bord tal-Awtorità tal-Artijiet, disgħa huma taħt il-kontroll tal-Gvern Laburista – u wieħed biss hu maħtur mill-Oppożizzjoni. 

Hu nsult għall-intelliġenza tal-poplu li l-Ministru jipprova jgħid li ma kellux kontroll fuq l-Awtorità jew li ma kellu x’jaqsam xejn għax il-Bord huwa “awtonomu”. Anzi, il-kontroll tiegħu kien tant assolut li s-Segretarja tal-istess Bord kienet iċ-Chief of Staff tiegħu.

Apparti minn hekk, il- Bord tal-Awtorità ma jiddeċidix fuq kwistjonijiet ta’ policy.F’dan il-każ kien hemm ukoll żewġ laqgħat li raw il-valutazzjoni teknika tal-art, li tista’ ssir għal diversi raġunijiet minn numru ta’ periti, u li kienet approvata mill-membri tal-Bord li kollha vvutaw favur. 

Dan kollu sar f’kuntest ta’ awtorità magħ­rufa għas-segretezza tagħha, anke minn dawk stess li suppost huma membri tal-Bord. Il-Partit Nazzjonalista jistenna livell ogħla ta’ politika, mhux spin u tfigħ ta’ tajn bla bażi. Il-verità hi waħda: il- Gvern iddeċieda li jagħti pulmun aħdar fil-Mellieħa lill- pri­vat taħt kundizzjonijiet dub­jużi; ħaġa li żgur ma saritx bil-barka tar-rappreżentant tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien u lanqas tal-kunsillieri lokali tal-PN fil-Mellieħa.

Il-PN ifakkar li meta seħħ dan il-każ il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mmexxi minn maġġoranza Laburista ma fetaħx ħalqu, u ma oġġezzjona bl-ebda mod għal dak li kien qed jiġri. Kuntrarju għall- mod kif aġixxew il-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista u d-Deputati tiegħu li jirrappreżentaw lir-residenti tal- Mel­lieħa. 

Malli l-PN rebaħ il-maġġoranza fil-Mellieħa, Kunsill immexxi mill-PN oġġezzjona għall-applikazzjoni ta’ dan l-iżvilupp u ressaq appell legali fuq dan l-iżvilupp. Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen u se jibqa’ jemmen fl-importanza ta’ spazji miftuħa, fl-ambjent u fir-residenti. Il-PN hu impenjat li jibqa’ jaħdem biex il-komunitajiet tagħna jkollhom aktar spazji ħodor u mhux biex dawn jingħataw b’mod abbużiv minn Gvern li jpoġġi l-interessi tal-ftit fuq il-ġid komuni.

Dokumenti uffiċjali jgiddbu bl-aktar mod ċar iċ-ċaħda tal-PN

Il-Partit Laburista stqarr li jinnota b’dispjaċir li minkejja li hemm dokumenti uffiċjali ċari, id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg ħarġet bi stqarrija dwar l-art fil-Mellieħa fejn ipprovat tqarraq u tgħid li qatt ma vvutat favur l-iż­vilupp f’Mellieħa Heights.

Il-minuti uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet ippubblikati fir-rapport tal-14 ta’ Awwissu tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika juru b’mod ċar li Dr Rebekah Borg kienet preżenti u vvotat favur il-proposta inkwistjoni.

Inutli tipprova taħbi x’għam­let bl-istqarrija li ħarġet għax id-dokumenti jikkonfermaw iswed fuq l-abjad li kienet preżenti u vvutat fiż-żewġ okkażjonijiet meta saru l-laqgħat tal-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet biex iddiskutew u eventwalment approvaw l-valutazzjoni ta’ din l-art bil-għan li tkun tista toħroġ sejħa biex tiġi żviluppata.

Dan hu tentattiv ieħor ta’ tgħawwiġ tal-fatti biex tingħata impressjoni żbaljata lill-pubbliku. Huwa tassew inkredibbli kif quddiem fatti ċari u dokumenti uffiċjali, il- Par­tit Nazzjonalista jasal biex joħroġ bi stqarrija giddieba, meta jaf se jinqabad. 

Huwa l-Partit Nazzjonalista li qed ikun fake u qed ixerred informazzjoni skorretta b’rabta ma’ dan il-każ, li prova jitfa’ fuq ħaddieħor. Mhux ta’ b’xejn in-nies ma jafdawx lill-PN: Jgħid ħaġa matul il-ġurnata u jagħmel oħra bil-lejl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport