Tuesday, October 8, 2024

Jhon Duran jiffirma ma’ Aston Villa sa Ġunju 2030

Aqra wkoll

L-attakkant żagħżugħ Kolombjan Jhon Duran iffirma kuntratt ġdid ma’ Aston Villa sa Ġunju 2030. dan kollu minkejja li kien qed jissemma’ li jista’ saħansitra jingħaqad ma’ xi klabb ieħor f’Jannar li ġej.

Fi stqarrija uffiċjali, il-Villains sostnew li jinsabu ferm kuntenti li waslu għal dan il-ftehim u għalhekk issa jħarsu ‘l quddiem sabiex ikomplu jgawdu l-potenzjal ta’ dan il-plejer li għandu 20 sena iżda li hu meqjus bħala skorer prolifiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport