Thursday, December 26, 2024

Jibda għaddej ġuri akkużat bi traffikar ta’ żewġ kilogrammi raża tal-kannabis

Aqra wkoll

Tony Curmi ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien beda għaddej ġuri akkużat bi traffikar ta’ żewġ kilogrammi raża tal-kannabis.

Huwa kien arrestat f’Novembru tal-2014 wara li l-Pulizija kienet waslitilha informazzjoni li l-akkużat allegatament kien qiegħed ibigħ id-droga. 

Minn tfittxija fil-vettura tiegħu ma nstabitx droga iżda l-uffiċjali tal-pulizija, waqt sorveljanza fuq garaxx tiegħu, innutat raġel ieħor – li wkoll qed jistenna li jgħadidi ġuri fuq akkużi simili – joħroġ mill-garaxx b’borża bajda. 

Il-Pulizija waqqfitu u allegatament sabitlu r-raża tal-kannabis. Fil-garaxx instab ukoll miżien u qratas vojta li jintuża għat-traffikar tad-drogi.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Anthony Vella, Sean Gabriel Scerri De Caro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

L-Avukati Edward Gatt, Mark Vassallo u Ishmael Psaila qed jidhru għal Curmi.

Ekonomija

Sport