Sunday, November 24, 2024

Jibda għaddej ġuri akkużat li stupra lil bintu ta’ disa’ snin

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena minn Bormla beda għaddej ġuri akkużat li stupra lil bintu ta’ disa’ snin f’żewġ okkażjonijiet lura fl-2004.

ll-ġuri qed jinstema’ wara bibien magħluqa u isem l-akkużat mhux qed jixxandar biex tkun protettat l-identità tal-allegata vittma. 

Il-każ kellu l-bidu tiegħu snin wara meta t-tifla fetħet qalbha ma’ membru tal-MUSEUM u rrakkontat dak li kienet għaddiet minnu. 

L-Imħallef Aaron Bugeja qed jippresjedi l-ġuri.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Kaylie Bonnett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukat Tonio Azzopardi qed jidher għall-akkużat.

Sport