Josef S, eks-gwardjan tal-kamp tal-mewt Nażista, u li għandi 100 sena beda għaddej ġuri akkużat bi 3,518 qtil fiż-żmien li hu kien jokkupa din il-kariga.
B’wiċċu mgħotti permezz ta’ fajl, Josef S permezz tal-avukat tieħu, Stefan Waterkamp, qal lill-qorti li l-klijent tiegħu mhux se jkun qed jikkummenta fuq l-allegazzjonijiet miġbura fil-konfront tiegħu.
Minkejja l-età tiegħu, kien iddikjarat li Josef S huwa mentalment u fiżikament tajjeb biex ikun imressaq u jgħaddi ġuri.
Josef S kien gwardjan għassa mal-kamp tal-mewt fi Sachsenhausen bejn l-1942 u l-1945.