Raġel ta’ 52 sena beda għaddej ġuri mixli b’serqa ta’ madwar €12,000 minn garaxx ta’ anzjan li kellu 81 sena.
L-akkużat huwa Patrick Mangion waqt li l-vittma, Andrew Bondin, miet u għalhekk fil-ġuri se tkun qiegħda tinqara x-xhieda li kien waqt il-kumpilazzjoni tal-provi.
Il-każ imur lura għal Ottubru tal-2019 f’Ħal Luqa, bl-akkużat jagħżel li jgħaddi ġuri minflok il-każ jiġi deċiż fil-Qorti tal-Maġistrati.
Il-prosekuzzjoni qed issostni li minbarra €12,000 fi flus kontanti, l-akkużat allegatament seraq ukoll muniti tad-deheb u oġġetti oħra ta’ valur.
Mangion qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi, bil-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kaylie Bonett u Shelby Aquilina mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri qed jiddefendi lill-akkużat.

