Il-ġurati jsibu ħatja lill-akkużati għall-omiċidji ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.
Jamie Vella u George Degiorgio jinstabu ħatja li qatlu lill-avukat Carmel Chircop.
Il-ġurati qalu wkoll li Adrian Agius hu ħati fil-kompliċità tal-qtil tal-istess avukat, iżda ħuħ Robert Agius mhux ħati.
Intant, Robert Agius u Jamie Vella nstabu ħatja fil-kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huma nstabu ħatjin ukoll b’kompliċità biex saret il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia.
George Degiorgio nstab ħati li kien qiegħed iġorr arma waqt il-qtil u l-istess instab ħati Jamie Vella. L-istess żewġ akkużati nstabu ħatja li ġarrew arma mingħajr il-permess tal-pulizija.
Intant is-seduta ġie mwaqqaf għal xi ħin wara li George Degiorgio beda jgħajat “issa ngħidilkom minn fejn ġibtu l-bomba… għandkom żball kbir…”
L-Imħallef ordnat lill-ġurati joħorġu mill-awla.
Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat…