Sunday, December 22, 2024

Jibda l-ġuri dwar il-qtil ta’ Albert Brian Rosso 

Aqra wkoll

Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera beda jinstema’ l-ġuri ta’ żewġt irġiel akkużati bil-qtil ta’ Albert Brian Rosso 18-il sena ilu. 

Rosso ta’ 48 sena residenti Marsaxlokk inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar f’raħal twelidu fl-10 ta’ Ottubru tal-2005, u barra d-dar ta’ Anthony Bugeja, wieħed mill-irġiel akkużat bil-qtil tiegħu.

Bugeja, li llum għandu 55 sena, u Piero Di Bartolo ta’ 48 sena (Sqalli residenti Birżebbuġa), jinsabu għaddejjin ġuri b’rabta ma’ dan id-delitt. 

Il-Prosekuturi kienu sostnew li l-qtil ta’ Rosso kien konness ma’ tilwima dwar bastiment tas-sajd proprjetà ta’ Rosso u Bugeja, u li fuqu kien ħadem Di Bartolo.

Kien allegat li l-katavru ta’ Rosso kien tpoġġa fi xkora u spiċċa mormi l-baħar qrib il-Freeport. Il-katavru tiegħu iżda baqa’ qatt ma nstab. 

L-Avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono qed jidhru għal Bugeja mentri l-Avukat Roberto Montalto qed jidher għal Di Bartolo. 

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angele Vella u Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

Ekonomija

Sport