Monday, June 16, 2025

Jibda l-ġuri fil-konfront tal-Albaniż Daniel Muka u Viktor Dragomanski

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras beda l-ġuri fil-konfront tal-Albaniż Daniel Muka u Viktor Dragomanski mill-Maċedonja ta’ Fuq. Dan b’rabta mal-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, f’residenza f’Tas-Sliema f’Awwissu tal-2020. 

Is-sena li għddiet, Jesper Kristiansen ġie kkundannat 40 sena ħabs wara li ammetta l-involviment tiegħu f’dan l-omiċidju.

Għall-qraba taż-żewġ vittmi qed jidhru l-Avukati Joe u Michela Giglio.

Muka għandu jiddefenduh l-Avukat tal-Għajnuna Legali Josette Sultana u l-Avukat Mario Mifsud. Għal Dragomanski qed jidhru l-Avukati Josè Herrera u Alex Scerri Herrera.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kevin Valletta u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport