Monday, April 13, 2026

Jibda l-ġuri ta’ Sirjan mixli bi qtil f’Għawdex

Aqra wkoll

Quddiem l-Imħallef Neville Camilleri dalgħodu beda jinstema l-ġuri fil-konfront ta’ Maher Aljasem, Sirjan ta’ 28 sena, li jinsab mixli bil-qtil ta’ Fawez Najem.

Il-każ kien seħħ fis-7 ta’ Mejju tal-2022 meta allegatament inqalgħet ġlieda bejn żewġ gruppi ta’ Sirjani f’Għawdex, x’aktarx dwar flus. Il-vittma, Sirjan ta’ 25 sena, tilef ħajtu f’appartament f’Marsalforn wara li ġie milqut b’daqqa ta’ sikkina f’qalbu.

Skont dak li ppreżenta fil-Qorti waqt io-kumpilazzjoni, il-vittma sofra daqqa ta’ sikkina fatali f’sidru li ppenetrat qalbu inkluż daqqa ta’ briksa fuq dahru.

L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angele Vella and Cynthia Tomasuolo f’isem l-Avukat Ġenerali. L-akkużat qed jidher għalih l-Avukati Peter Fenech Amy Zahra u Elena Fenech, filwaqt li l-familjari tal-vittma qed jiġu rrappreżentati mill-Avukat Franco Debono u Matthew Xuereb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport