Beda x-xogħol estensiv ta’ restawr fuq l-akwadott t’Għawdex. Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri filwaqt li saħaq li dan il-proġett imwiegħed fl-aħħar xhur beda jitwettaq ukoll.
Il-Ministru Camilleri qal li dan ir-restawr tant meħtieġ ser jassigura li dan il-wirt storiku, li hu sinonimu ma’ Għawdex jiġi ppreservat u eventwalment jitgawda aktar.
Dan ir-restawr ser jikkonsisti f’shoring temporanju tal-arkata prinċipali filwaqt li tiġi konsolidata l-istruttura preżenti u konservazzjoni tal-istess akwadott.
Il-proġett kollu hu maħsub li jitlesta sal-aħħar tal-2025.