Friday, December 13, 2024

Jibda vjaġġ ta’ 1,000 mil b’vann biex personalment iwassal provvisti lil refuġjati Ukreni

Aqra wkoll

Eks Royal Marine r-Renju Unit beda vjaġġ ta’ xejn inqas minn 1,000 mil bil-minibus tiegħu biex iwassal għadd ta’ sleeping bags, imħaded u ġugarelli li huwa ġabar għar-refuġjati Ukreni li qasmu l-frun­tiera lejn il-Polonja.

Tom Littledyke minn Lyme Regis għandu 31 sena u beda l-vjaġġ tiegħu fit-28 ta’ Frar li għadda. Huwa qal li kien ispirat jagħmel dan il-ġest nobbli wara ritratti li ra ta’ “familji mkissrin u mifruda kawża tal-kunflitt”.

Hekk kif ra dawn ix-xeni ta’ qsim il-qalb, Littledyke beda jiġbor il-fondi għal dawn ir-refuġjati u f’temp ta’ 12-il siegħa kellu biżżejjed biex jimla l-minibus tiegħu bi provvisti u għall-vjaġġ. Huwa ġabar xejn inqas minn $5,300.

L-għan ta’ Littledyke huwa li jasal sal-fruntiera mal-Ukrajna fejn kien irrapportat li xejn inqas minn 500,000 refuġjat qasmu lejn il-Polonja. 

Ekonomija

Sport