Wednesday, December 25, 2024

Jibda x-xogħol preparatorju fuq triq oħra f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li bħalissa għaddej ix-xogħol preparatorju biex jibda x-xogħol fuq it-triq li min-Nadur twasslek għall-Qala.

Din it-triq ilha snin twal fi stat ħażin ħafna filwaqt li tintuża ħafna kemm mir-residenti Qalin kif ukoll minn Nadurin biex fost l-oħrajn ikunu jistgħu jinżlu fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Kien id-Deputat Chris Said li staqsa lill-Ministru Camilleri fiex waslu l-pjanijiet u meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid it-triq li twassal min-Nadur għar-Rabat li l-aħħar li saret kien fl-1988 u issa waslet biex tinbena mill-ġdid, kif ukoll jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 202. 

Il-Ministru Camilleri qal li “filwaqt li huwa konxju li din it-triq qiegħda tiddeterjora, mhux maħsub li jibda xogħol fuqha din is-sena. Preżentament għaddej ix-xogħol preparatorju sabiex jibda x-xogħol fuq it-triq li mill-Qala twassal għan-Nadur.”

Ekonomija

Sport