Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja, illejla serata kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju, il-Belt.
Minħabba l-maltemp u riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna, iċ-ċelebrazzjonijiet saru b’mod ridott hekk kif din is-sena ma sarux id-diskorsi tal-okkażjoni.
Iżda xorta waħda sar it-tqegħid ta’ kuruni tal-fjuri mill-Prim Ministru, Robert Abela, l-Ispijker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, persuni distinti, u rappreżentanti tal-korpi kostitwiti.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jissoktaw għada filgħaxija b’quddiesa pontifikali fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar.
Biex imbagħad il-Ġimgħa, f’Jum il-Vitorja, titqiegħed kuruna tal-fjuri mill-President ta’ Malta mal-monument tal-Assedju l-Kbir u ssir ukoll ir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir.