Erba’ plejers għaddew għas-semifinali tal-ewwel turnew ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet li se ssir f’Ġibilta’.
Fil-fatt, Clayton Castaldi, Miguel Amato, Johan Attard u Clint Azzopardi qatgħu passaġġ għal mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni.
Clint Azzopardi kiseb l-ikbar rebħa wara skor ta’ 8-1 kontra Glenn Axiaq filwaqt li Miguel Amato u Clayton Castaldi kisbu punteġġ identiku ta’ 8-2 kontra Gabriel Vella u Miguel Mizzi rispettivament.
Iċ-champion ta’ Malta, Johan Attard baqa’ għaddej bil-konsistenza tiegħu hekk kif għeleb lil Wayne Pace 8-4.
Is-semifinali se jsiru nhar il-Ġimgħa li ġej hekk kif Miguel Amato jaffronta lil Clayton Castaldi filwaqt li Johan Attard joħodha kontra Clint Azzopardi.
Il-finali ta’ dan l-ewwel turnew ta’ kwalifikazzjoni se ssir fit-3 ta’ Novembru li ġej.

