Friday, November 29, 2024

Jibdew is-sales

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif għadha kemm għaddiet il-ferneżija tax-xiri għar-rigali tal-Milied, għadd ta’ ħwienet bdew itellgħu l-kartelluni li fihom juru tnaqqis fil-prezzijiet, dak magħrufa bħala s-sales. 

Issa li kważi għaddiet it-tieni sena tal-pandemija tal-Covid-19, bl-isfidi kollha li ġabet u għadha ġġib fuq l-ekonomiji lokali u globalment, l-għan tas-sales huwa li l-bejgħ ikompli anke wara ż-żmien tal-festi. 

Bi tnaqqis li jibda minn 20% u wħud diġà tela’ għal nofs prezz (50%), il-ħwienet li huma minn tal-ewwel li bdew bis-sales huma dawk tal-ħwejjeġ u taż-żraben. Bħas-snin preċedenti, dan it-tnaqqis fil-prezzijiet jiżdied fil-perċentwal b’uħud anke 70% u 90% inqas mill-prezz oriġinali u jdum sejjer sa lejn l-aħħar ta’ Jannar tas-sena l-ġdida.

Sport