Quddiem il-mod kif qiegħed jogħla l-prezz taż-żejt li issa qabeż il-$100-il barmil, bdew jitħabbru piano biet introdotti soprataxxi marbutin mat-trasport. Is-Servizz Postali tal-Istati Uniti qed jippjana li jintroduċi l-ewwel soprataxxa tiegħu fuq il-kunsinni tal-pakketti biex jikkumpensa għall-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-fjuwil. Waħda mill-kumpaniji li se tintroduċi dan hi l-kumpanija responsabbli mill-Posta fl-Istati Uniti.
Il-kumpanija għamlet proposta, li ġiet approvata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-USPS nhar it-Tlieta. Din hi dwar żieda ta’ 8 fil-mija li tapplika għal Priority Mail Express, Priority Mail, USPS Ground Advantage u Parcel Select, skont stqarrija għall-istampa tal-USPS.
B’din is-soprataxxa la l-posta bil-ittri, u lanqas prodotti jew servizzi oħra, inklużi l-First-Class Stamps, ma jiġu affettwati.
Jekk tiġi approvata mill-Kummissjoni Regolatorja Postali, il-bidla fil-prezz tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April u tibqa’ fis-seħħ sas-17 ta’ Jannar 2027, meta l-USPS se terġa’ tivvaluta l-istrateġija tal-ipprezzar fit-tul tagħha.

