Kien nhar il-Ħadd li għadda meta missier u iben li ġew identifikati bħala Akram ta’ 50 sena u Naveed Akram ta’ 24 sena, bdew jisparaw bl-addoċċ fuq persuni li kienu qegħdin jattendu l-ewwel jum ta’ Ħanukkah f’Archer Park, qrib Bondi Beach.
Ġurnata ppjanata biex tippermetti lill-komunità Lhudija tiċċelebra saret traġedja li ħalliet ħafna nies trawmatiżżati għal ħajjithom kollha.
Iż-żewġ aggressuri sparaw fuq il-folla, fejn l-attakk aktar tard il-Pulizija qalu li dan kien attakk terroristiku b’mottiv antisemitiċi.
F’dan l-attakk mill-inqas 15-il persuna nqatlu, fosthom tifla ta’ 10 snin, kif ukoll mill-inqas 40 persuna oħra ndarbu fl-inċident, inklużi tfal u uffiċjali pubbliċi fosthom pulizija.
Il-midja internazzjonali qiegħda tirraporta li dan kien l-akbar attakk fejn inqatlu nies fl-Awstralja f’dawn l-aħħar 30 sena.
Sajid -il-missier – inqatel mill-pulizija fuq il-post fejn seħħ l-attakk. Naveed – l-iben – weġġa’ b’mod gravi u jinsab taħt arrest.
L-armi użati f’dan l-attakk kienu armi tan-nar liċenzjati, kif ukoll splussivi improvizzati marbuta magħhom. Fil-vettura tagħhom instabu wkoll bnadar marbuta mal-ISIS.
Skont il-pulizija Awstraljana u mexxejja politiċi, inkluż il-Prim Ministru Anthony Albanese, l-attakk kien ispirat mill-ideoloġija tal-Istat Iżlamiku u mill-antisemitiżmu, u kien immirat speċifikament lejn il-komunità Lhudija Awstraljana.
B’kuraġġ kbir, Ahmed Al Ahmed, bejjiegħ tal-frott ta’ 43 sena minn Sydney, irnexxielu jneħħi l-arma minn idejn wieħed mill-aggressuri fuq il-post billi qabeż fuqu u ħadlu l-pistola. Huwa pponta l-arma lejn l-attakkant iżda ma spara qatt. Huwa ndarab f’idu u driegħu waqt l-inċident u ttieħed l-isptar, fejn għadda minn operazzjoni u bħalissa jinsab f’qagħda stabbli.
Ahmed qiegħed jitqies bħala Eroj għax minħabba dak li wettaq ma nqatlux aktar nies.
S’issa dawn huma l-ismijiet tal-vittmi magħrufa:
• Rabbi Eli Schlanger – ta’ 41 sena
• Rabbi Yaakov Levitan – membru tal-komunità Chabad
• Alex (Alexander) Kleytman – ta’ 87 sena (superstiti tal-Olokawst)
• Dan Elkayam – ċittadin Franċiż
• Marika Pogany – ċittadina Slovakka
• Matilda (Bee Britan/Poltavchenko) – ta’ 10 snin
• Peter Meagher – fotografu
B’kollox hemm mill-inqas 15-il ċivili kkonfermati mejta, b’etajiet li jvarjaw bejn l-10 u s-87 sena.
Xi vittmi għadhom ma ġewx identifikati uffiċjalment.

