Grupp ta’ partitarji Nazzjonalisti nġabru quddiem pjazza Kastilja għas-sejħa tal-Partit Nazzjonalista biex issir protesta bit-tema ‘Issa ġibu lura l-€400 miljun’.
L-attività li kellha tibda fl-4:00 p.m se tkun qiegħda tittardja anke bi stennija għal aktar persuni li x’aktarx kienu mistennija jattendu għal din il-protesta.
Dawk preżenti qegħdin iqassmu stickers bil-kliem tal-istess tema u jidher li kellhom anke jintervjenu xi uffiċjali ta’ sigurtà minħabba li dawn bdew jitwaħħlu ma’ kullimkien, inkluż mal-kanuni li hemm fl-istess pjazza u anke bibien li tista’ ssirilhom ħsara ladarba dawn jiġu biex jitneħħew fosthom minħabba ż-żebgħa tagħhom. Tant hu hekk li dawn intalbu jneħħu minnufih l-istickers minn ma’ dawn l-oġġetti.
Intant proprju fl-aħħar ħin għadhom kif waslu l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia flimkien mal-Kap tal-partit Bernard Grech.