Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista tard ilbieraħ filgħaxija ntqal li waqt il-votazzjoni bikrija fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista vvutaw total ta’ 15.5 fil-mija tal-kunsilliera eleġibbli.
Il-votazzjoni issa tissokta l-Ġimgħa 27 ta’ Mejju bejn il-5:00 p.m u d-9:00 p.m fid-Dar Ċentrali tal-Pietá u fis-Subheadquarters tal-PN f’Ta’ Sannat.
L-għada s-Sibt 28 ta’ Mejju l-votazzjoni tkun bejn it-8:00 a.m u l-5:00 p.m fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietá u bejn it-8:00 a.m u t-3:00 p.m fis-Subheadquarters tal-PN f’Ta Sannat.