Monday, November 4, 2024

Jibqa’ jinżamm arrestat raġel li seraq minn bott ta’ donazzjonijiet

Aqra wkoll

Michael Raymond Sciberras ta’ 31 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’diversi serqiet f’Raħal Ġdid.

Fil-Qorti ntqal li r-raġel, li hu imwieled l-Ingilterra, ġie mixli li f’nofs Novembru seraq is-somma ta’ kważi €240 minn bott ta’ donazzjonijiet b’risq l-Inspire Malta.

Huwa ġie akkużat ukoll li aktar kmieni dan ix-xahar ikkometta serqa oħra ta’ €70.

Sciberras ġie akkużat ukoll li huwa riċediv, filwaqt li wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukat tal-akkużat spjega li l-imputat mar l-Isptar Monte Karmeli minn jeddu biex ikun jista’ jibda l-programm tad-droga.

Fil-Qorti, l-akkużat skuża ruħu ma’ ommu u oħtu li kienu fl-awla preżenti.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Pulizija Marseanne Farrugia, iddikjarat li qabel tingħata s-sentenza jkun xieraq li jinħareġ rapport ta’ qabel ma tingħata s-sentenza mill-uffiċjal tal-probation.

L-Ispettur Antonello Magri mexxa l-Prosekuzzjoni.

Sport