Wednesday, December 10, 2025

Jibqa’ jinżamm arrestat wara li allegatament qabbad garaxx fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Gary Bartolo ta’ 39 sena residenti x-Xagħra Għawdex baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kien ta n-nar lil garaxx tiegħu stess.

Jirriżulta li lbieraħ, 9 ta’ Diċembru għall-ħabta tas-7.30a.m. il-Pulizija ġew informati li kien hemm garaxx fi Triq Ġnien Imrik fix-Xagħra li nħakem minn nirien.

Fuq il-post kellhom jissejħu wkoll l-Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili biex ikkontrollaw in-nirien.

Hekk kif il-pulizija waslu fuq il-post mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom fejn xhieda fuq il-post allegaw li kien Bartolo li ta n-nar lill-garaxx tiegħu stess.

Mill-ewwel bdiet it-tfittxija għalih u fil-fatt hu ġie arrestat fil-viċinanzi tal-Pjazza tax-Xagħra għall-ħabta tat-8.15 a.m. 

Quddiem il-Maġistrat Bridget Sultana, Bartolo wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Id-difiża qalet li f’dan l-istadju ma kinitx se titlob għall-ħelsien mill-arrest, u għalhekk il-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Joseph Camilleri Azarov f’isem l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Keith Xerri.

Dr Nadine Stivala kienet l-avukat tal-Għajnuna Legali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport