Thursday, December 25, 2025

Jibqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi weġġa’ persuna waqt inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 22 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti li kien qed isuq karozza tal-kiri u ma kellux liċenzja. Hu kien involut f’inċident bl-istess karozza u weġġa’ persuna.

Il-każ seħħ l-Erbgħa, meta l-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet ħabta fi Triq Stiefnu Zerafa, il-Marsa. Jirriżulta li l-ħabta kienet seħħet bejn il-karozza tal-kiri misjuqa mill-imputat u karozza oħra, li b’konsegwenza tal-ħabta daħlet ġo żewġ karozzi oħra li kienu pparkjati.

Il-Prosekuzzjoni qalet li hu telaq minn fuq il-post u abbanduna l-karozza.

Meta marru fuq il-post il-Pulizija fittxew fil-karozza u nstab numru tal-mobile barrani. Hemmhekk il-Pulizija ordnaw li l-imputat jmur fejn abbanduna l-karozza, iżda minflok marru erba’ sirjani oħra. L-imputat imbagħad mar fuq il-post fejn kien ikkonfermat bħala s-sewwieq tal-karozza minn ritratt li ħadet l-persuna l-oħra li kienet involut fil-ħabta.

Id-difiża ma għamilitx talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk baqa’ jinżamm arrestat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport