Il-grupp tal-iscouts tal-Mosta, dalgħodu rnexxielu jtella’ attività li żgur nisslet tbissima fuq il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei speċjalment pazjenti tfal.
Minkejja l-pandemija, dan il-grupp irnexxielu jorganizza l-attività, fejn membri mill-iscouts iddendlu ma’ Mater Dei, libsin kostumi ta’ eroj fittizji fosthom Batman, Superman u Spiderman fost oħrajn.
Bla dubju din l-attività nisslet tbissima fuq wiċċ ttfal li minn wara t-twieqi tagħhom setgħu jaraw din l-attività.




