Illum komplew jintefgħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Francine Farrugia tefgħet in-nomina tagħha fuq il-ħames distrett li fih hemm post li tbattal mill-Onor. Bernand Grech
Anthony (Anton) Mifsud tefa’ n-nomina tiegħu fuq is-seba’ distrett li fih hemm żewġ postijiet battala mill-Onor. Ryan Callus u mill-Onor. Adrian Delia)
Graham Bencini, Albert Buttigieg, Emma Portelli Bonnici u Charles Selvaggi tefgħu n-nomina tagħhom fuq id-disa’ distrett li fih hemm żewġ postijiet battala mill-Onor. Robert Arrigo u mill-Onor. Joseph Giglio.
Graham Bencini, Albert Buttigieg, Emma Portelli Bonnici tefgħu n-nomina tagħhom fuq l-għaxar distrett fejn fih hemm post li tbattal mill-Onor. Mark Anthony Sammut.