Mil-lum daħlu fis-seħħ it-tariffi l-ġodda mħabbra mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump, liema tariffi saru fuq 60 pajjiż fosthom dawk membri tal-Unjoni Ewropea.
Kien fil-5 ta’ April li għadda meta kienet iddaħlet tariffa bażika ta’ 10% fuq l-importazzjoni minn madwar id-dinja.
L-akbar tariffi li saru kienu fuq iċ-Ċina hekk kif Trump impona tariffa ta’ 104%. Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkunu qegħdin jaffaċċaw tariffa ta’ 20%.
Skont Trump dawn it-tariffi se jagħtu spinta qawwija lill-ekonomija Amerikan, iżda ekonomisti qalu li dawn jistgħu jkollhom effetti ħżiena fuq il-konsumatur hekk kif diversi prodotti se jogħlew.