Aktar kmieni llum daħal fil-Port Ħieles l-vapur tal-kontejners CMA CGM Jacques Saade, l-akbar vaur tal-kontejners fid-dinja li jitħaddem permezz tal-LNG. Dan kien l-ewwel vjaġġ tal-vapur fl-Ewropa.
Preżenti għall-wasla tas-CMA CGM Jacques Saade kien hemm il-Ministru għat-Trasport Ian Borg, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia, u l-Ambaxxatriċi Franċiża għal Malta Brigitte Curmi.