Saturday, September 21, 2024

Jieħu l-aħbar li se jingħata l-piena kapitali permezz ta’ telefonata fuq Zoom!

Aqra wkoll

F’Singapore raġel ġie ssentenzjat għall-mewt permezz ta’ telefonata fuq Zoom wara li nstab ħati ta’ traffikar ta’ droga. Huwa ġie notifikat fuq Zoom minħabba r-restrizzjonijiet li hemm fis-seħħ fil-pajjiż b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.

Din hija l-ewwel darba li piena kapitali ngħatat b’mod virtwali f’Singapore, u t-tieni waħda magħrufa fuq livell dinji. Il-każ l-ieħor kien reġistrat fin-Niġerja.

Punithan Genasan, ta’ 37 sena u li oriġinarjament huwa mill-Malażja, kien informat nhar il-Ġimgħa li għadda li huwa ngħata l-piena kapitali permezz tal-forka. Huwa nstab ħati wara li nstab ħati li kien il-moħħ wara każ ta’ traffikar ta’ madwar 29 gramma eroina li jmur lura għall-2011.

Huwa ċaħad l-akkużi miġjubin kontrih madankollu d-difiża tiegħu ma ntlaqgħetx mill-Qorti.

Sport