Wednesday, December 25, 2024

Jiem impenjattivi għal bosta uffiċjali tal-logħba b’diversi impenji internazzjonali

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin, se jkunu bosta l-impenji internazzjonali għall-uffiċjali tal-logħob fil-f’din it-tieqa ta’ Marzu.

Ir-Referee tal-FIFA ikkonfermat riċentament Philip Farrugia se jkun qed jingħaqad minn Assistent Referee għal żmien twil bħala parti mill-bord tal-FIFA Alan Camilleri biex jieħu sehem fil-Kampjonati tal-UEFA U19 2022, round Elite Grupp 1 mini- tournament.

Din il-kompetizzjoni mtella’ mill-Federazzjoni Ungeriża tal-Football se tkun milgħuba bejn l-Erbgħa 23 ta’ Marzu u t-Tlieta 29 ta’ Marzu u flimkien mal-Ungerija se jkun hemm l-Iżrael, l-Iskozja u t-Turkija.

It-tournament se jintlagħab fl-ETO Park Stadion fil-belt Ungeriża ta’ Győr.

Barra minn hekk, żewġ uffiċjali oħra Maltin ġew fdati biex jikkontrollaw partiti mill-Kampjonati Ewropej U17 tal-UEFA 2022, round Elite Grupp 3 mini tournament, skedat għall-jiem li ġejjin.

Ir-referee tal-FIFA Ishmael Barbara flimkien mal-Assistent Referee Roberto Vella, lii t-tnejn ukoll reċentement ingħataw għal darb’oħra l-FIFA Badge tagħhom, ġew assenjati biex jikkonrollaw tournament ospitat mill-Iskozja li se jingħaqdu mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u l-Georgia għal din il-kompetizzjoni internazzjonali tal-Youths.

Il-ġimgħa li għaddiet ukoll, l-Uffiċjal tal-Logħba tal-FIFA Futsal Stephen Vella mexxa partiti mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-grupp 4 tal-UEFA FUTSAL U19 EURO tournament fil-Fillandja.

Bħala nazzjon ospitanti, flimkien mal-Fillandja f’dan it-tournament internazzjonali tal-Futsal ingħaqdu l-Polonja, il-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kazakhstan, liema tournament sar fid-Delfort Areena fil-belt Fillandiża ta’ Janakkala.

Ekonomija

Sport