Fl-aħħar ħinijiet, Oliver Scicluna ħabbar fuq il-midja soċjali li kien għadu kemm tilef lill-ommu Ruby.
F’messaġġ qasir, iżda emozzjonali ħafna, Scicluna sellem lill-ommu billi qallha “jien dak li jien mertu kbir għalik”. Hu beda billi jikteb li llum kien tilef wieħed mill-pilastri tiegħu.
“Snin twal ta’ tbatija, iżda wara dan l-imrar kollu ħallejt biss imħabba. Aħna int għallimtna x’inhi l-veru imħabba… Kemm ħadt paċenzja bija Ma’. Kemm ġrejt bija ‘l hemm u ‘l hawn, kemm biddiltli u ħsiltni meta kont żgħir.”
Scicluna temm il-messaġġ billi qal “inħobbook għal dejjem ta’ dejjem…”
It-tim ta’ talk.mt jagħti l-kondoljanzi lil Oliver Scicluna u lill-familja kollha tiegħu.