Thursday, April 9, 2026

“Jien kburija bil-Ministru Salvini”

- il-Prim Ministru Giorgia Meloni

Aqra wkoll

Meta l-Prim Ministru Taljan, Giorgio Meloni indirizzat il-Parlament, tkellmet dwar riżenji li seħħew fil-Gvern tagħha wara r-referendum li intilef mill-gvern tagħha fuq ir-referendum dwar ir-riformi fil-ġustizzja. Hi ddikjarat li “r-riżenji tal-membri tal-gvern ma kinux sempliċi iżda kienu fl-interess nazzjonali.”

Tkellmet dwar il-Gvern u qalet li “l-maġġoranza hija soda”. Ma waqfitx hemm u ddikjarat li “ jien kburija bid-Deputati Prim Ministri Antonio Tajani, il-Ministru tal-Affarijiet barranin) u Matteo Salvini, il-Ministru tat-Transport”.

Enfasizzat li “tlabt lil xi uffiċjali tal-gvern biex jirriżenjaw, anke jekk kienu ħadmu tajjeb. Dawn ma kienux għażliet sempliċi iżda għal darb’oħra poġġejna l-interessi tan-nazzjon qabel dawk tal-partit.”

Ta’ min jgħid li Matteo Salvini kien għadda ġuri wara li ħalla bastiment ta’ tiftix u salvataġġ fil-baħar għal aktar minn ġimagħtejn. L-Imħallef Lorenzo Ianelli kien ordna lil Salvini biex jgħaddi ġuri talli rrifjuta li jħalli bastiment mmexxi mill-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms jidħol fil-pajjiż. Il-bastiment kien salva 147 persuna li tħallew bejn sema u ilma għal 19-il jum.

Salvini iżda kien ġie lliberat mill-akkużi kollha fil-każ dwar ir-rifjut tiegħu li jħalli dgħajsa ta’ salvataġġ ta’ migranti tittrakka fl-Italja fl-2019. Il-Qorti ta’ Palermo ħelsitu minn żewġ akkużi ta’ ħtif u li naqas minn dmirijietu, wara li l-prosekuturi kienu talbu sitt snin ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport