Saturday, December 21, 2024

“Jien konvint għax dħalt fis-suġġett u ma nġibx karti li jkunu preparawli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis beda biex jgħid li “Jiena ma jkollix xi faxxikolu u niġi noqgħod naqra minnu, jiena konvint milli qiegħed ngħid għax inkun dħalt fis-suġġett u ma nġibx karti biex noqgħod naqra minnhom li jkunu preparawli”.

Rigward l-interventi tal-kelliema tal-Oppożizzjoni b’rabta ma’ dan il-Ministeru, Zammit Lewis qal li stenna aħjar għakemm “lil min tafu tistaqsix għalih”. 

Huwa qal li kien hemm avukati min-naħa tal-Oppożizzjoni li qalu li ma saru l-ebda riformi fil-qasam tal-ġudikatura meta għandek il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von Der Leyen li tgħid li pajjiżna wettaq riformi storiċi f’dan il-qasam. 

“Lill-Kap tal-Oppożizzjoni ma ngħidlux ħallas it-taxxa għax sippost ħallasha, pero ngħidlu ħares madwarek għax it-Taljan jgħidlek senti da quale pulpito viene la predica qabel ma jitkellem fuq ħaddieħor. Ma nitkellimx dwar track record fil-politika għax hu għadu novizz, għadu daħal issa u lanqas għandu track record”.

Rigward il-Prim Imħallef li għall-ewwel darba ġie maħtur b’vot unanimu mill-Parlament u hawnhekk irringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien Adrian Delia li appoġġja lill-gvern f’din il-ħatra.

Ekonomija

Sport