Saturday, December 28, 2024

“Jien, marti u binti se nkunu minn ta’ quddiem li nitlaqqmu” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Fil-messaġġ tiegħu għal żmien il-Milied, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar li bħal dan iż-żmien sena dan il-messaġġ kien qiegħed isir b’mod virtwali iżda llum, minkejja sfidi ġodda, sar avvanz.

Tkellem dwar l-importanza tal-vaċċin u fakkar li filwaqt li kellna żieda fil-każi, is-sitwazzjoni fl-Isptarijiet tagħna baqgħet waħda stabbli.

Il-Prim Ministru qal li l-ġimgħa d-dieħla, se tinfetaħ il-kategorija ta’ età tiegħu u ta’ martu u kkonferma li huma flimkien ma’ binthom se jkunu ta’ quddiem biex jitlaqqmu b’responsabbilità.

Intant huwa appella biex f’dan il-mument, forsi aktar minn qatt qabel, ma nkunux insensittivi lejn dawk li qegħdin ibatu mis-solitudni biex ħadd ma jitħalla waħdu. Hawnhekk appella lill-familji Maltin biex jagħtu l-kontribut tagħhom għall-kampanja “Rigal b’Imħabba” biex kull tifel u tifla f’pajjiżna jkun jista’ jiftaħ ir-rigali mal-familja tiegħu. Ma setax ma jappellax biex ftit tal-jiem oħra, il-poplu ma jagħtix sehmu wkoll fil-festa ta’ solidarjetà waqt il-ġbir ta’ L-ISTRINA.

Abela qal li dan il-pajjiż minkejja kollox baqa’ kumpatt u magħqud u appella biex kulħadd ifittex dak li jgħaqqadna lil hinn mill-fehmiet politiċi tagħna.

Ekonomija

Sport