Sunday, December 22, 2024

Jiffranka 3 snin ħabs wara li kien akkużat li seraq flus min-Nadur waqt il-festa t’Għajnsielem

Aqra wkoll

Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri ħassret sentenza ta’ 3 snin ħabs lil Jonathan Degiorgio wara li l-Ewwel Qorti kienu sabitu ħati li f’Awwissu tal-2018 kien seraq €1,300 fi flus kontanti minn dar fin-Nadur, Għawdex.

Degiorgio li għandu 37 sena kien insatb ħati li kien daħal jisraq minn dar fi Triq il-Knisja wara li l-vittmi ħarġu minn darhom biex imorru l-festa t’Għajnsielem.

Hu kien ġie kkundannat 3 snin ħabs kif ukoll ordnat iħallas €1,080 li spejjeż ta’ perit li kien imqabbad mill-Qorti.

L-Imħallef Camilleri qal li l-prosekuzzjoni ma ressqet l-ebda prova xjentifika li torbot lill-akkużat mar-reat. Instab ukoll li fl-Ewwel Qorti, il-vittmi biddlu l-verżjoni tagħhom kemm-il darba dwar l-ammont ta’ flus li kienu sabu neqsin.

Il-prosekuzzjoni ma pprovatx ukoll li kien Degiorgio li daħal fid-dar tal-vittmi u li kellu xi sehem fis-serqa. KIen għalhekk li l-Imħallef fl-appell biddel is-sentenza.

Ekonomija

Sport