Wednesday, April 24, 2024

Jiftaħar ma’ priġunieri oħra li qatel lil Dembska

Xhieda fil-Qorti

Aqra wkoll

Hekk kif kompla jinstema’ l-każ dwar il-qtil ta’ Paulina Dembska, ħarġu aktar dettalji xokkanti fil-Qorti. Fost dawn, kien hemm li Abner Aquilina, li jinsab mixli li stupra u qatel lil Dembska, Pollakka ta’ 29 sena, allegatament daħħal ċavetta fil-parti privata tagħha u ċarratha.

Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Jonathan Ransley li spjega wkoll kif Aquilina kien joqgħod jiftaħar ma’ priġunieri oħra li qatel lil Dembska.

Il-każ kien seħħ f’Jannar tal-2022 fi Ġnien l-Indipendenza Tas-Sliema.

L-Ispettur Ransley ta ħarsa dettaljata ta’ dak li stqarrew il-priġunieri fl-istqarrija tagħhom dwar dak li kien qalilhom l-imputat. Aquilina kien qalilhom li uża faxxa biex jifgaha u eġakula fuq żaqqha.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Mars-anne Farrugia.

Sport