Hekk kif xi ħaddiema marru jiftħu grada tal-ilma tax-xita fil-Mosta sabu li taħtha kien hemm xelter. Dan instab fi Triq il-Kostituzzjoni.

Kien il-Kunsill Lokali tal-Mosta li fuq il-paġna tiegħu ħabbar li kienet saret din is-sejba. Jingħad li wara li tinżel ftit taraġ li hemm taħt eżatt il-grada ssib il-bokka ta’ xelter li nstab mimli żibel u ħmien.
Żmien twil ilu kienet infetħet saret din il-gradilja biex l-ilma tax-xita jiġi kkontrollat u b’hekk ma jkunx hemm ħafna ilmijiet.

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta diġà beda jnaddaf dan ix-xelter filwaqt li s-Sindku l-Perit Chris Grech talab lil Infrastructure Malta biex issir sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita oħra u ssir kif suppost fi triq imsemmija. Hu talab biex l-ilma ma jibqax imur fix-xelter.
Hu ppjanat li hekk kif jiġi rranġat jibda jinfetaħ għal pubbliku f’xi okkażjonijiet.