Thursday, December 19, 2024

Jiftħu l-ewwel stabbilimenti ‘Tasty’ li se jieħdu post ‘McDonalds’ fir-Russja

Aqra wkoll

Il-ġgant tal-fast food, McDonald’s ħarġet mir-Russja bi protesta għall-invażjoni tal-Ukrajna u bigħet ir-ristoranti tagħha wara aktar minn 30 sena. Aktar minn 800 stabbiliment ġew mgħoddija lin-negozjant Russu Alexander Govor.

Illum l-ewwel ristoranti ristrutturati qed jerġgħu jiftħu f’Moska b’isem ġdid. “Vkusno i Tochka”, li meta tittraduċiha tfisser “Tasty and that’s it” jew “Tajjeb u daqshekk”.

Minkejja li mhux se jibqgħu jaraw iżjed l-ittra M jew prodotti rinomati bħalma huma l-Big Mac jew l-Mc Flurry, is-sidien il-ġodda qegġdin jittamaw li l-klijenti mhux se jsibu ħafna differenzi.

Infatti waqt konferenza stampa li għamlu fl-aħħar sigħat huma ħarġu bl-islogan “The name changes, love stays” fejn qegħdin jittamaw li minkejja li bidlu isimhom se jkunu qegħdin jibqgħu jżommu l-imħabba tal-klijent għall-ikel li kienu mdorrijin ifittxu mingħand is-sidien preċedenti.

Intant waqt din il-konferenza spikka persuna jipprotesta biex jerġa’ jinġieb lura l-Big Mac, il-burger tant imfittex madwar id-dinja.

Il-kumpanija l-ġdida qalet li l-kompożizzjoni tal-burger baqgħet l-istess u li l-apparat tal-McDonalds tħalla biex jibqa’ jintuża.

Ekonomija

Sport