Mil-lum sal-aħħar tas-sena l-Kummissjoni Elettorali qed tilqa’ n-nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela’ post Silvio Grixti, li rriżenja minn Membru Parlamentari wara li kien ġie elett fl-aħħar elezzjoni ġenerali fuq it-tielet distrett.
Fi stqarrija aktar kmieni, il-Kummissjoni Elettorali qalet li dawk il-kandidati eliġibbli jistgħu jippreżentaw in-nomina għall-elezzjoni każwali bejn illum u l-Ġimgħa li ġej fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Eks Trade Fair Grounds, in-Naxxar, bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofsinhar.
L-għadd tal-voti għall-elezzjoni każwali se jsir nhar it-Tlieta 4 ta’ Jannar fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar mit-8:30 a.m ’il quddiem.